Winning entries could not be determined in this language pair.There were 6 entries submitted in this pair during the submission phase. Not enough votes were submitted by peers for a winning entry to be determined.Competition in this pair is now closed. |
Min tefa’ dik l-ewwel tadama li kellha tkun il-bidu tar-rivoluzzjoni tat-Tomatina? Il-verità hi li ħadd ma jaf. Forsi kienet xi rivolta kontra Franco, jew xi karnival li qabeż il-limiti. Skont l-aktar verżjoni popolari tal-istorja, waqt il-festival tal-Los Gigantes (parata ta’ maskeruni ġganteski tal-kartapesta) tal-1945, xi nies tal-lokal riedu jaqilgħu l-inkwiet biex jiġbu l-attenzjoni. Inzertaw karrettun tal-ħaxix fil-viċin u bdew igaraw it-tadam misjur. Daħlu fl-istorja ħafna li ma kellhomx x’jaqsmu sakemm l-affari kibret u saret pandemonju ta’ frott itir ma’ kullimkien. Dawk li instigaw l-affari kellhom iħallsu lill-bejjigħa tat-tadam, iżda dan ma xekkilx ir-rikkorrenza ta’ aktar ġlidiet tat-tadam – u t-twelid ta’ tradizzjoni ġdida. Fis-snin 50, beżgħana li l-affari teskala bla kontroll, l-awtoritajiet nedew, illaxkaw u reġgħu daħħlu fis-seħħ serje ta’ projbizzjonijiet. Fl-1951, in-nies tal-post li sfidaw il-liġi ntefgħu l-ħabs sakemm l-għagħa mill-pubbliku wassal bix jinħelsu. L-aktar sfida sfaċċata li baqgħet tissemma’ kontra l-projbizzjonijiet tat-tomatina seħħet fl-1957 meta l-proponenti organizzaw taparsi-funeral bit-tebut u l-purċissjoni b’kollox. Wara l-1957, il-gvern lokali ddeċieda li jmur mal-kurrent, stipula ftit regoli u ħaddan din it-tradizzjoni tal-bluha. Għalkemm it-tadam huma l-qofol ta’ kollox, ġimgħa ta’ festivitajiet iwasslu sal- konfront finali. Hija ċelebrazzjoni tal-qaddisin patruni ta’ Buñol, il-Verġni Marija u San Alwiġi Bertrand, b’parati fit-toroq, mużika u logħob tan-nar skont il-mod ferrieħi Spanjol. Biex isostnuk għat-taqtigħa imminenti, lejliet il-battalja jservu paella epika, espożizzjoni ta’ platt ikonika ta’ Valenzja magħmul mir-ross, frott tal-baħar, żafran u żejt taż-żebbuġa. Illum, din il-festa mingħajr xkiel għandha ċertu ordni. L-organizzaturi saħansitra waslu biex ikkultivaw varjetà speċjali ta’ tadam, mhux tajbin għall-ikel, apposta għal dan l-avveniment ta’ kull sena. Il-festivitajiet jibdew madwar l-għaxra ta’ filgħodu meta l-parteċipanti jtellqu biex jaħtfu perżuta mdendla mill-quċċata ta’ arblu midluk bix-xaħam. L-ispettaturi jaħslu x-xabbaturi bil-pajpijiet tal-ilma waqt li jkantaw u jiżfnu fit-toroq. Hekk kif il-qanpiena tal-knisja ddoqq nofsinhar, trakkijiet mgħobbija bit-tadam jidħlu fil-belt, waqt li l-kant ta’ “To-ma-te, to-ma-te” jilħaq l-aqwa tiegħu. Imbagħad, mal-isparar ta’ kanun tal-ilma, jibda l-avveniment ewlieni. Dak ikun is-sinjal għat-tgħaffiġ u l-garar tat-tadam f’attakki sfrenati fuq il-parteċipanti l-oħrajn. Min jillobbja t-tadam mill-bogħod, min jattakka wiċċ imb’wiċċ u min igara aktar bis-sengħa. Hi x’inhi t-teknika ppreferuta, meta tintemm tkun tidher (u tħossok) għal kollox differenti. Kważi siegħa wara, il-bumbardieri għasra bit-tadam jitħallew jilgħabu f’baħar ta’ zalza mmerrqa fit-triq fejn diffiċli ssib xi ħaġa li tixbaħ tadama sħiħa. Tir ieħor tal-kanun iħabbar it-tmiem tal-battalja. | Entry #18862 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Min kien li waddab dik l-ewwel tadama kruċjali li tat bidu għar-rivoluzzjoni ta’ La Tomatina? Il-verità hija li ħadd ma jaf. Forsi kienet xi rewwixta kontra t-tmexxija ta’ Franco, jew xi karnival li spiċċa bla kontroll. Skont il-verżjoni l-iżjed popolari tal-istorja, matul il-festival tal-1945 ta’ Los Gigantes (parata ta’ pupazzi ġganteski tal-papier Mâché), in-nies tal-lokal kienu qed ifittxu li joħolqu ġlieda taparsi biex jiġbdu ftit l-attenzjoni. Huma nzertaw karettun tal-ħaxix fil-viċin u bdew iwaddbu t-tadam misjur. Dawk in-nies innoċenti li kien hemm iħarsu ġew involuti wkoll sakemm ix-xena eskalat fi ġlieda massiva bil-frott itir. L-instigaturi kellhom iħallsu lura lill-bejjiegħa tat-tadam, imma dak ma waqqafx it-tennija ta’ iżjed ġlidiet bit-tadam—u t-twelid ta’ tradizzjoni ġdida. Minħabba l-biża’ ta’ eskalazzjoni ta’ sfrattu, l-awtoritajiet ippromulgaw, illaxkaw, u mbagħad reġgħu daħħlu fis-seħħ serje ta’ projbizzjonijiet fis-snin ħamsin. Fl-1951, in-nies tal-lokal li sfidaw il-liġi ntefgħu fil-ħabs sakemm l-għajta tal-pubbliku talbet għall-ħelsien tagħhom. L-iżjed sfida famuża għall-projbizzjonijiet tat-tadam seħħet fl-1957 meta l-proponenti organizzaw funeral taparsi tat-tadam komplut minn kollox bit-tebut u l-purċissjoni. Wara l-1957, il-gvern lokali ddeċieda li ma jmurx iżjed kontra l-kurrent, daħħal fis-seħħ ftit regoli, u ħaddan din it-tradizzjoni mhux tas-soltu. Għalkemm it-tadam ikun fiċ-ċentru tal-attenzjoni, il-ġimgħa ta’ festi twassal għall-quċċata finali. Din hija ċelebrazzjoni tal-qaddisin patruni ta’ Buñol, il-Verġni Marija u San Louis Bertrand, b’parati fit-toroq, mużika, u logħob tan-nar f’atmosfera ta’ briju Spanjola. Sabiex dak li jkun jiġbor is-saħħa għall-ġlieda li tkun qed toqrob, tiġi servuta l-paella tradizzjonali lejliet il-battalja, li hija wirja ta’ platt ikoniku Valenzjan ta’ ross, frott tal-baħar, żagħfran, u żejt taż-żebbuġa. Illum, dan il-festival bla rażan għandu xi ftit tal-ordni. L-organizzaturi anke waslu sabiex jikkultivaw varjetà speċjali ta’ tadam spjaċevoli biss għall-avveniment annwali. Il-festi jibdew għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu meta l-parteċipanti jtellqu biex jaħtfu perżuta mwaħħla mal-quċċata ta’ arblu mdellek bix-xaħam. L-ispettaturi jaħslu bil-pajp tal-ilma lil dawk li jkunu qed jippruvaw jixxabbtu filwaqt li jkantaw u jiżfnu fit-toroq. Meta l-qanpiena tal-knisja ddoqq it-tokki ta’ nofsinhar, jidħlu fir-raħal trakkijiet mgħobbijin bit-tadam, filwaqt li l-għajjat ta’ "To-ma-te, to-ma-te!" jilħaq l-ogħla livell tiegħu. Imbagħad, bl-isparar ta’ kanun tal-ilma, jibda l-avveniment ewlieni. Dak ikun is-sinjal biex jibda t-tgħaffiġ u t-twaddib tat-tadam f’attakki sfrenati kontra parteċipanti oħra. Għandek dawk li jwaddbu t-tadam minn distanza twila, l-assassini bla kantunieri li jitfgħu t-tadam b’mira diretta, u sparar ta’ tadam fuq medda medja. Hi x’inhi t-teknika tiegħek, sal-ħin li jkun għadda l-avveniment kollu, inti tkun tidher (u tħossok) differenti ferm. Madwar siegħa wara, dawk li jkunu ħadu sehem u issa jkunu mxarrbin għasra bit-tadam jitħallew jilagħbu f’baħar ta’ zalza tiżloq fit-triq bi ftit li xejn ikun baqa’ li jixbaħ lit-tadam. It-tieni sparatura tal-kanun tkun is-sinjal tat-tmiem tal-battalja. | Entry #16670 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Min waddab dik it-tadama fatali li bdiet ir-rivoluzzjoni ta' La Tomatina? Ħadd ma jaf il-verità. Forsi kienet ribelljoni kontra Franco, jew Karnival li mar żmerċ. Skont il-verżjoni l-iktar popolari tal-istorja, matul il-festival tan-1945 ta' Los Gigantes (parata kbira immens tal-pupazzi tal-karta pesta), in-nies tal-lokal kienu mejta biex jaqbdu ġlieda biex jiġbdu l-attenzjoni. Inzertaw karettun tal-ħaxix ħdejhom u bdew iwaddbu t-tadam misjur. Il-ħatja kellhom iħallsu lil bejjiegħa tat-tadam, imma dan il-fatt ma żammx milli jkun hemm iktar ġlied bit-tadam-u l-bidu ta' tradizzjoni ġdida. Minħabba l-biża' ta' aktar inkwiet kbir, l-awtoritajiet ordnaw, imbagħad ċedew, u wara reġgħu poġġew serje ta' restrizzjonijiet fis-snin 1950. Fl-1951, in-nies tal-lokal li sfidaw il-liġi ġew mitfugħa l-ħabs sakemm kellhom jeħilsuhom minħabba protesti mill-pubbliku. L-iktar sfida famuża għal projbizzjoni tat-tadam ġrat fl-1957 meta dawk li pproponewha attaparsi għamlu funeral bit-tadam, bit-tebut u purċissjoni b'kollox. Wara l-1957, il-gvern lokali ddeċieda li jmur għal għajn il-poplu, jagħmel ftit liġijiet u ħadden it-tradizzjoni stramba. Għalkemm it-tadam huma fil-qofol ta' kollox, gimgħa attivitajiet jwasslu għal fulkru finali. Hi ċelebrazzjoni bil-qaddisin patruni ta' Bruñol, il-Verġni Marija u San Louis Bertrand, b'parati fit-toroq, mużika u logħob tan-nar skont id-drawwa ferrieħa Spanjola. Biex ikollok saħħa biżżejjed għat-taqtiegħa li tkun waslet, pajella enormi tisserva lejliet it-taqbida, u din turi bis-sħiħ il-platt ikoniku ta' Valenzja bir-ross, frott tal-baħar, żafran u żejt taż-żebbuġa. Illum, dan il-festival bla rażan għandu naqra ordni. L-organiżżaturi saħansitra ikkultivaw tip speċjali ta' tadam b'togħma ħażina apposta għal din l-attività ta' kull sena. L-attivitajiet jibdew f'xi l-10 ta' filgħodu meta l-parteċipanti jtellqu biex jaħtfu perżuta marbuta fil-quċċata tal-arblu midluk bix-xaħam. Is-segwaċi jimmiraw pajp bl-ilma fuqhom fost kant u żfin fit-toroq. Meta l-qniepen tal-knisja jdoqqu nofsinhar, trukkijiet mimlija tadam jidħlu fil-belt, waqt li l-kant ta' "To-ma-te, to-ma-te"jilħaq l-quċċata. Imbagħad, mal-isparar tal-kanun, l-attività prinċipali tibda. Dak hu s-sinjal għat-tgħaffiġ u twaddib ta' tadam f'attakki kontra sieħba parteċipanti. Miraturi bit-tadam mill-bogħod, assassini dritt fil-wiċċek, u tiraturi minn distanza medja. Tkun li tkun it-teknika tiegħek, sakemm tispiċċa, tidher (u tħossok) differenti ghal kollox. Kważi nofs siegħa wara, attakkanti miksija bit-tadam jibqgħu jilgħabu ġo baħar ta' zalza li iżżaqżaq fit-triq li jkun baqgħalha ftit ferm li jixbaħ tadama. Sparatura oħra minn kanun hi s-sinjal tat-tmiem tat-taqbida | Entry #18476 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Min kien li tefa’ l-ewwel tadama iddestinata li tagħti bidu għar-rivoluzzjoni ta’ La Tomatina? Il-verita hi li ħadd ma jaf. Forsi kienet rivolta kontra Franco, jew karnivalata li spiċċat ħażin. Skont l-aktar versjoni popolari, xi nies tal-lokal, biex jiġbdu l-attenzjoni lejhom, kienu qed jippruvaw jaqalgħu ġlieda waqt il-festa ta’ Los Gigantes tal-1945 (parata kbira bil-maskeruni tal-karta pesta). Fil-qrib kien hemm karettun bil-ħaxix u bdew igaraw tadam misjur lejn xulxin. Indaħlu xi nies li kienu fil-viċin sakemm il-ġlieda spiċċat f’taħwida kbira ta’ frott itir ’l hawn u ’l hemm. Dawk li bdew l-inkwiet kellhom iħallsu lill-bejjiegħa tat-tadam, imma dan ma kienx biżżejjed biex jevita li jinqalaw ġlidiet oħra bit-tadam – u t-twelid ta’ tradizzjoni ġdida. Inkwetati li l-biċċa tkompli tikber, l-awtoritajiet għaddew numru ta’ projbizzjonijiet, waqfuhom u reġghu għaddewhom fis-snin 50. Fl-1951, iċ-ċittadini li sfidaw il-liġi intefaw il-ħabs sakemm qam għagħa kbir fost il-poplu biex jinħelsu. L-akbar sfida kontra l-projbizzjoni saret fl-1957 meta ġie organizzat taparsi funeral tat-tadam bit-tebut u l-purċissjoni b’kollox. Wara l-1957 il-Gvern lokali ideċieda li jimxi mal-kurrent, għamel xi regolamenti u aċċetta din it-tradizzjoni ta’ bluha. Għalkemm it-tadam għandhom l-aktar importanza, ikun hemm ġimgħa sħiħa ta’ festi li jwasslu għat-taqbida finali. Ġimgħa ta’ ċelebrazzjoni tal-qaddisin patruni ta’ Bunol, il-Verġni Marija u San Wiġi Bertrand: parati, mużika u logħob tan-nar b’dak il-briju li jafu jqajjmu l-Ispanjoli. Biex jissaħħu għall-ġlieda, tiġi servuta paella grandjuża lejlet it-taqbida, riċetta leġġendarja ta’ Valencia bir-ross, frott tal-baħar, żafran u żejt taż-żebbuga. Daż-żmien iddaħħal ftit tal-ordni f’dil-festa bla rażan. L-organizzaturi sa waslu li jikkultivaw razza speċjali ta’ tadam li mhux tajjeb għall-ikel. Kollox jibda f’xi l-10 a.m. meta l-partiċipanti jippruvaw jaħtfu perżuta fit-tarf ta’ arblu midluk bix-xaħam waqt li l-ispettaturi jxarrbuhiom fost kant u żfin fit-triqat. Mat-tokki ta’ nofsinhar jaslu trakkijiet mgħobbijin bit-tadam waqt li l-għajjat ta’ “To-ma-te”, “To-ma-te” jilħaq il-qofol tiegħu. Imbagħad, l-avveniment prinċipali jibda wara l-isparar ta’ kanun tal-ilma. Dak huwa s-sinjal biex il-partiċipanti jibdew jgħaffġu t-tadam u jwaddbuh kontra xulxin. Min igara mill-bogħod, min jissielet wiċċ ma’ wiċċ, u min iwaddab it-tadam bil-falż minn ftit ‘l bogħod. Hu x’inhu l-metodu li taddotta, meta jispiċċa kollox tkun tħossok u tidher għal kollox differenti. Wara xi siegħa, il-ġellieda, miksijin bil-meraq tat-tadam, jibqgħu jilagħbu f’zalza żellieqa fit-triq, fejn ma jkun baqa’ xejn li jixbaħ tadama sħiħa. Sparatura oħra tal-kanun tal-ilma iġġib it-taqbida fi tmiemha. | Entry #16979 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Min jitfa 'l-ewwel tadam fateful li beda l-rivoluzzjoni Tomatina La? Ir-realtà hija ħadd ma jaf. Forsi din kienet ribelljoni kontra l-Franco, jew karnival li ltqajna minn idejn. Skond il-verżjoni l-aktar popolari ta 'l-istorja, matul il-festival 1945 tal Los Gigantes (a parata ġgant puppet Mâche karta), lokal kienu qed ifittxu għall-istadju brawl biex nikseb xi attenzjoni. Huma ġara fuq karrettun veġetali fil-qrib u bdiet hurling tadam misjur. Onlookers innoċenti ltqajna involuti sakemm il-xena kibru fi melee massiv ta 'frott li jtajru. L-instigaturi kellhom iħallsu lura l-bejjiegħa tat-tadam, iżda li ma twaqqaf ir-rikorrenza ta 'aktar ġlied-u tadam-twelid ta' tradizzjoni ġdida. Beżgħana ta 'eskalazzjoni indixxiplinati, awtoritajiet promulgati, llaxkati, u mbagħad mill-ġdid sensiela ta' projbizzjonijiet fl-1950. Fl-1951, lokal li defied l-liġi kienu ħabs sakemm qajmet pubbliku sejjaħ għar-rilaxx tagħhom. L effrontery aktar famużi għall-projbizzjonijiet tat-tadam li ġara fl-1957 meta proponenti kellu funeral tadam mock kompluta bil tebut u purċissjoni. Wara 1957, il-gvern lokali ddeċieda li roll mal-puntelli, stabbiliti ftit regoli fis-seħħ, u ħaddnu l-tradizzjoni wacky. Għalkemm l-tadam jieħdu l-istadju taċ-ċentru, ġimgħa ta 'festi jwassal sa l-Showdown finali. Huwa ċelebrazzjoni ta 'qaddisin patrun Buñol, il-Verġni Marija u San Louis Bertrand, bil parati triq, mużika, u logħob tan-nar fil-moda Spanjol joyous. Biex jibnu qawwa tiegħek għall-Brawl imminenti, l-paella epika tiġi notifikata lill lejliet il-battalja, vetrina dixx emblematika Valenzja ta 'ross, frott tal-baħar, żagħfran, u żejt taż-żebbuġa. Illum, dan il-festival bla rbit għandha xi miżura ta 'ordni. Organizzaturi marru safejn li tkun ikkultivata varjetà speċjali ta 'tadam li m'għandhomx togħma tajba biss għall-avveniment annwali. Festi kick off madwar 10:00 meta parteċipanti razza li grab perżut fiss atop arblu żejtni. Onlookers manka tal scramblers bl-ilma filwaqt kant u żfin fit-toroq. Meta l-qanpiena knisja strajkijiet nofsinhar, trakkijiet ippakkjat bil-tadam roll fil-belt, filwaqt li chants ta '"To-ma-te,-to-ma te!" jilħaq Crescendo. Imbagħad, bl-isparar ta 'kanun ilma, l-avveniment prinċipali jibda. Dik hija l-dawl aħdar għall-tgħaffiġ u t-tnedija tadam fil kollha-barra attakki kontra parteċipanti sħabi. Lobbers tadam distanza twila, assassins-point blank, u shots ganċ firxa qasira u medja. Tkun xi tkun it-teknika tiegħek, mill-ħin huwa fuq, inti se tfittex (u jħossu) pjuttost differenti. Kważi siegħa tard, bombi mxarrba tadam jitħallew jilagħbu fil-baħar ta squishy Salsa triq bi ftit xellug jixbaħ tadam li jinstabu. A tieni shot kanun sinjali l-aħħar tal-battalja. | Entry #17771 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|
Min tefa` dik l-ewwel tadama ddestinata li tibda ir-rivoluzzjoni La Tomatina? Ir-realta` hi li hadd ma jaf. Forsi kien ribelljoni anti-Franco, jew karnival illi sfratta. Skond l-aktar verzjoni popolari tal-istorja, waqt il-festival ta’ Los Gigantes fl-1945 (parata ta’ pupazz ggant maghmul mill-kartapesta), in-nies tal-lokal bdew jippruvaw iqajmu frattarija ghall-attenzjoni. Inzerta li kien hem karettun tal-haxix fil-qrib u bdew jissuttaw it-tadam misjur. Spettaturi innocenti gew involuti sakemm ix-xena eskalat f’tahwida massiva ta’ frott itir. Ix-xewwiexa kellhom ihallsu li bejjiegha tat-tadam, izda dak ma waqqafx ir-rikorrenza ta’ aktar glied bit-tadam – u t-twelid ta’ tradizzjoni gdida. Minhabba l-biza ta’ eskalazzjoni indixxiplinata, l-awtoritajiet hargu ligijiet, irrilassaw, u mbaghad regaw dahhlu serje ta’ projbizzjonijiet fl-1950ijiet. Fl-1951, nies tal-lokal li sfidaw il-ligi ntbaghtu il-habs sakemm saret protesta pubblika ghal helsien taghhom. L-aktar tustagni kontra l-projbizzjonijiet tat-tadam saret meta fl-1957 proponenti organizzaw funeral fint tat-tadam li kien jinkludi tebut u purcizzjoni. Wara l-1957, il-gvern lokali ddecieda li jcedi, dahhal ftit regoli u haddan din it-tradizzjoni eccentrika. Ghalkemm it-tadam huma l-karattru ewlieni, gimgha shiha ta’ festivitajiet iwasslu ghal finali deciziva. Hija celebrazzjoin ta’ qaddisin patruni ta’ Bunol, il-Vergni Marija u San Louis Bertrand, b’parati fit-toroq, muzika, u loghob ta’ nar ta’ stil Spanjol brijuz. Sabiex wiehed ikollu s-sahha ghal-glieda pendenti, paella epika tigi servuta fil-lejl ta’ qabel il-battalja, b’wirja ta’ platt Valenzjan ta’ ross, frott tal-bahar, zaghfran, u zejt taz-zebbuga. Illum dan il-festival sfrenat ghandu certu mizura ta’ ordni. L-organizzaturi saru anki jikkultivaw varjeta` specjali ta’ tadam li ma jittiekilx biex jintuza f’dan l-avveniment annwali. Il-festivitajiet jibdew f’xi l-ghaxra ta’ filghodu, fejn il-participanti jtellqu biex jahtfu bicca perzuta mdendla ma’ fuqq nett ta' arblu midluk bix-xaham. L-ispettaturi jxarrbu x-xabbata bl-ilma waqt li jkantaw u jizfnu fit-toroq. Meta l-arlogg tal-knisja jdoqq nofsinhar, trakkijiet ippakkjati bit-tadam jidhlu fil-belt, waqt li jinstema kant li jitqawwa bil-mod il-mod. Imbaghad, b’sparatura ta’ kanun tal-ilma, jibda l-avveniment principali . Dak huwa l-awtorizzazzjoni ghal bidu tat-tghaffig u suttar tat-tadam f’attakki ta’ partecipanti kollegi. Tfigh mill-boghod, mill-vicin u minn mhux daqshekk vicin. Tkun xi tkun it-teknika, sakemm jintemm, tkun tidher (u tinhass) differenti. Kwazi siegha wara, is-suttaturi miksijin tadam jithallew jilaghbu f’bahar imcafcaf ta’ zalza b’ftit li xej tadam jibqa jintgharaf. Sparatura ta’ kanun iehor jgharraf illi l-battalja ttemmet. | Entry #21943 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|