Winning entries could not be determined in this language pair.There was 1 entry submitted in this pair during the submission phase. Not enough entries were submitted for this pair to advance to the finals round, and it was therefore not possible to determine a winner.Competition in this pair is now closed. |
Fost id-drammi li kellha tgħaddi minnhom Nanda Pivano kien hemm l-arrest talli ttraduċiet “Addiju għall-Armi” ta’ Hemingway, meqjus paċifist wisq u ta’ ħsara għall-armata Taljana; u l-priġunerija, meta skopriet il-manuvra ivventata minn Pavese biex jevita ċ-ċensura faxxista, li kienet tikkonsisti f’sempliċi, iżda effettiva, “S.”, li biddlet – għall-kleru-faxxist ta’ dak iż-żmien – l-Antoloġija ta’ Spoon River fl-aktar aċċcetabbli “Antoloġija ta’ S. River”. Inħallu l-ironija apparti, arrest huwa arrest u ħabs huwa ħabs, dejjem u kullumkien. Aħseb u ara f’dawk iż-żmienijiet koroh. U iktar oxxeni – arrest u ħabs – jekk tbatihom kellha tkun tfajla edukata u ta’ familja tajba, gradwata fil-letteratura (teżi fuq Moby Dick ta’ Melville) u fil-filosofija (teżi fq l-eżistenzialiżmu, taħt is-superviżjoni ta’ Nicola Abbagnano). L-Antoloġija ta’ Spoon River ġiet ipprojbita għal kollox fl-Italia”, fakkret snin wara Pivano. “Kienet tittratta l-paċi, kontra l-gwerra, kontra l-kapitaliżmu, u ġeneralment kull ma kellu x’jaqsam mal-konvenzionaliżmu. Kien dak kollu li l-gvern ma kienx iħallina naħsbu.... u xeħtuni l-ħabs u ninsab kuntenta ħafna li kont mort il-ħabs”. U meta taħseb li kollox beda bi sfida, jew bħala ċajta, meta ż-żagħżugħa Nanda talbet lil Pavese jispjegalha d-differenza bejn il-letteratura Ingliża u dik Amerikana. U bħala risposto Cesare ta f‘idejha dak il-librett ta’ Edgar Lee Masters. Nanda fethitu bl-addoċċ u f’nofsu baqgħet milquta bil-versi: “Waqt li bistha b’ruħi kollha fuq xuftejha/ruħi ħarġet f’daqqa” “Min jaf għaliex dawn il-versi qatgħuli nifsi” qalet it-traduttrici snin war, u żiedet: “Huwa diffiċli ħafna tispjega ir-reazzjonijiet tal-addolexxenti”. Il vera vokazzjoni ta’ Ferdinanda Pivano, wara kollox, kienet li titkellem ma u dwar l-addolexxenti, miż-żminijiet tal habs faxxist sa dawk tal-militanza radicali tas-snin sebgħin, u sax-xjuħija sbejħa tagħha fil-millenju l-ġdid. U bħala adolexxenti fraġli u brillanti – adolexxenti li żviluppaw ħażin u malajr – dejjem qiset il-poeti “tagħha”, wara li fl-1947, fil-Palazzo Gritti ta’ Venezia Hemingway ċanfarha u qalilha “Binti, din ma missekx għamiltlhieli” meta skopra li ma kinetx tixrob alkoħol. | Entry #36263 — Discuss 0 — Variant: Not specified
|